Bil-Filmat: Min Welldu Ħallih F'Istitut U Telaq! Issa Jemmen Li L-Istituti Għandhom Jingħalqu!

Raġel li kien jgħix f’istitut tkellem mat-tim tal-programm ‘Popolin’ ta’ Quinton Scerri fuq l-istituti. Hu saħaq li dawn għandhom jingħalqu darba għal dejjem. “Meta jkollok xi ħadd mhux responsabbli u jġib it-tfal fid-dinja, kif titfgħu ġo istitut? Din mhux soluzzjoni” jgħid fl-intervista.





Dan ir-raġel jgħid li twieled fl-1972 u min welldu ħallih ġo istitut wara li hu siefer u bena ħajtu barra minn Malta. Dan ir-raġel jgħid li trabba’ minn istitut għall-ieħor. Illum hu negozjant u għandu familja, “ir-raġuni li għamilt suċċess f’ħajti hi li ħallejt il-passat u bdejt ngħix il-quddiem”.

Dan ir-raġel issuġerixxa li jsir bħal barra minn Malta, li jekk mintiex responabbli li trabbi tarbija, l-istat jeħodulek u jagħtih lill-familji li m’għandhomx tfal. “Hemm bżonn dawn il-koppji jonqfu l-eluf biex jaddottaw” jargumenta fuq Popolin. 

nt x’taħseb? 

Popolin / Facebook



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI