Nicole Hammett tidħol u timpressjona lill-ġurija bil-vuċi stupenda tagħha! Nicole għandha 18-il sena u minn Birkirkara. Meta kibret skopriet li Nicole hija soprana u tixbaħ lin-nannu tagħha. In-nannu ta’ Hammett kien jirreċta fuq ir-redifussion.
Nicole kienet ukoll qed tikkompeti f’X Factor tal-ewwel staġun.

Nicole waqt il-prestazzjoni tagħti sorpriża lill-ġurija u tħalliehom b’ħalqhom miftuħ! Nicole għandha vuċi impekkabbli u stupenda! Mhux talli tajba bħala soprana, Nicole turi wkoll il-kapaċità tal-vuċi leħinha.

Sarah u Maxine qamu jiżfnu waqt li Nicole kienet qed tagħti l-prestazzjoni tagħha. Nicole tispiċċa biex taqla l-GOLDEN BUZZER minn Sarah Zerafa u b’hekk tgħaddi għas-Semi Finali mill-ewwel.

Lil Howard tħallih bla kliem u Ray jgħidilha li “tajtna 3 auditions f’daqqa”. Sarah taċċerta li ser tgħaddi żgur u tafgħas il-buzzer! Brava Nicole! Tal-bliegħ!