Bil-Filmat: "Naraha Unfair Li Xi Ħadd Ma Jistax Jaqra U Jien Nista'"

Il-qari ma jinżilx tajjeb ma’ kulħadd! Hemm dawk li jħobbu jaqraw u hemm dawk li ma jkunux iridu jafu bil-qari, iżda inizjattiva riċenti taf tħajjar aktar tfal jaqraw għax permezz tal-qari huma jistgħu jgħinu tfal oħra.

Filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Xarabank juri tfal diversi jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-qari. Kif kien mistenni, hemm dawk li jħobbu jaqraw, hemm dawk li għadhom qed jitgħallmu u oħrajn li ma tantx iħobbu jaqraw iżda t-tfal bidlu ftit il-fehma tagħhom kif skoprew li jistgħu jgħinu tfal oħra li aktar ma jkunux jistgħu jaqraw.

Dan jista’ jsir permezz ta’ Qaritona, maratona tal-qari li fiha jinġabru flus għal tfal inqas ixxurtjati li ma għandhomx dan il-privileġġ li jistgħu jaqraw. Barra minn hekk, dawk kollha li ħa jipparteċipaw ħa jidħlu fiċ-ċans li jirbħu diversi premjijiet!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI