Bil-Filmat: "Nisperaw Illi Fil-Ġejjini Wieħed Jirritorna Għal Dik Il-Formula… " – Norman Hamilton Dwar Il-Malta Eurovision

Norman Hamilton waqt konferenza stampa bi preparazzjoni lejn Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija, ic-chairperson ta’ Festivals Malta, is-Sur Norman Hamilton semma’ l-festival li tant kien maħbub mal-Maltin u Għawdix, il-festival li Malta sħiħa kienet tieqaf biex tarah.

Is-Sur Norman Hamilton qal, “Hija ħasra li festivals oħra m’għadhomx isiru. M’għandhomx fejn jimirħu aktar il-protagonisti tal-kanzunetta Maltija. Għaliex? Għaliex, bir-rispett lejn kulħadd, anke il-Eurovision illum spiċċa bħala challenge għalihom. Ma jistgħux jippreżentaw il-kanzunetti tagħhom aktar.”





Hu kompla jżid, “Nisperaw illi fil-ġejjini wieħed jirritorna għal dik il-formula li tant kienet titgawda b’suċċess u b’entużjażmu mhux biss mill-protagonisti imma mit-telespettaturi u mill-poplu Malti inġenerali li jkun hemm kompetizzjoni sħiħa bejn 20 jew aktar kanzunetti li minnhom eventwalment kanzunetta tmur tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision.”

Hawn ħafna tal-istess fehma tas-Sur Norman Hamilton. Wieħed jista’ jgħid li hawn għatx biex jara komeptizzjoni sħiħa u l-poplu jkollu ċ-ċans li jkollu parti mill-għażla tal-kanzunetta li ħa tirrappreżentah fil-Eurovision Song Contest.



L-argument jibqa’ li dan hu festival tal-kanzunetta u mhux festival tal-kantant. M’għandna l-ebda dubju li r-rebbieħa ta’ X Factor Malta huma żewġ kantanti bravissimi imma l-Maltin qatt ma kellhom iċ-ċans li jivvutaw għall-aqwa kanzunetta.

Facebook / Simone Bugeja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI