L-esploratur Conrad Neil Gatt kien mistieden waqt il-programm Mar-Rima, fejn tkellem fost l-oħrajn dwar it-turiżmu kulturali, fejn it-turisti, speċjalment dawk żgħażagħ, iduru għadd ta' wort kulturali madwar Malta u Għawdex u japprezzaw dak li qed jesperjenzaw.
Conrad kontinwament jaħdem biex jiġi salvat il-wirt kulturali, bl-intenzjoni li jitgawdew u jiġu apprezzati. F'għeluq sninu żar 48 wirt kulturali f'inqas minn 10 sigħat flimkien ma' grupp ta' studenti.
"Baqgħu imbellħin l-għalliema kif ħin kollu jistaqsu dawn it-tfal... Din il-perċezzjoni li l-istudenti jew it-tfal ma jinteressahomx mill-istorja, sejrin żball... importanti li ngħallmhom u nuruhom x'hawn u x'm'hawnx imma..."
Conrad jisħaq, "Nissuġġerixxi li jkollna tour kulturali madwar Malta u Għawdex... trecking madwar Malta u Għawdex u inti tolqot diversi fortifikazzjonijiet... trecking u torqod ġo fortifikazzjoni..."
Tkellem dwar dan anke waqt F Living Show ta' Karl Bonaci. Segwi aktar hawn taħt:
@cng_malta CULTURAL 🥾 Trail 🇲🇹Malta … inti gieli@Smajt qabel biha din l-idea ⁉️ … u taqbel jew itthajjar tghamilha ?? #malta #fyp #tiktok #outdoors #heritage ♬ original sound - Conrad Neil Gatt