Bil-Filmat: “Proset Tassew, Leanne Ellul! Għamilt Ġieħ Lil Pajjiżna, Lil Ilsienna, Lil-Letteratura Tagħna…” – Il-Prof. Adrian Grima

Sabiħ li tisma’ l-lingwa Maltija fuq pjattaforma nazzjonali. Ilbieraħ saret iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Commonwealth u l-lingwa Maltija kienet rappreżentata grazzi għall-awtriċi lokali Leanne Ellul.

L-awtur u lettur lokali l-Prof. Adrian Grima qasam filmat li ttella’ fuq il-mezzi soċjali minn Christopher Cutajar ta’ Leanne Ellul taqra bil-lingwa Maltija. Adrian jikteb, “Proset tassew, Leanne Ellul! Għamilt ġieħ lil pajjiżna, lil ilsienna, lil-letteratura tagħna, lil Mary Meylak, lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, ta’ rieda soda, u lil dan il-ħolqien mifluġ li se nħallu lil ta’ warajna. Grazzi ta’ dawn it-temi tant kbar u tant attwali. Aħna, in-naħal, in-naħal, aħna.”

Leanne qrat is-silta A Résumé Of Bees li kitbet hi stess. Silta interessanti mmens. Leanne Ellul hija kittieba u edukatriċi Maltija. Ix-xogħol letterarju ta’ Ellul jinkludi poeżija, proża, letteratura għat-tfal, u traduzzjonijiet. Hija kitbet diversi drammi, fosthom wieħed li rebaħ il-premju Francis Ebejer.

Nawgurawlek aktar esperjenzi pożittivi u ħerqana li naqraw aktar materjal mill-pinna tiegħek!

Facebook / Campus 103.7FM







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI