Bil-Filmat: “Qaltli Biex Ma Nikxifhiex Kemm Għandha Żmien” – Il-Ministru Aaron Farrugia Dwar Ommu

Illum huwa għeluq snin omm il-Ministru Aaron Farrugia. Filwaqt li hu żvela filmat tas-sena l-oħra, qal li din is-sena ma setax isir l-istess minħabba ċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom bħalissa. 

Il-Ministru kiteb hekk: “Illum tagħlaq żmienha ommi. Qaltli biex ma nikxifhiex kemm għandha żmien. Dan biċċa minn filmat qasir tas-sena l-oħra; waqt attività politika kont tajtha sorpriża b’bukkett fjuri. Din is-sena, ċ-ċirkostanzi talbu mod ieħor. Niċċelebraw meta jkun il-mument.”





Aħna minn Gwida.mt nittamaw li s-Sinjura Farrugia jirnexxilha tiċċelebra ftit għeluq sninha bil-mod kif tista’. Awguri mill-qalb. 

Facebook/Aaron Farrugia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI