Tajba Johan! Johan xeħet filmat fuq il-pjattaform ta’ TikTok ikanta l-kanzunetta ta’ Lewis Capaldi! Hu kiteb li l-ħabiba tal-qalb tiegħu donnu kienet ir-raġuni prinċipali wara dan il-filmat! Aħna qed nassumi li jista’ jkun li kienet Gaia.
Johan mhux kantant, dik naħseb kulħadd jafha imma għall-ewwel darba li prova ma marx ħażin! Fl-aħħar mill-aħħar jekk wieħed jieħu gost, ma jkun qed jagħmel xejn ħażin! Aħna nistqarru li nammiraw il-kuraġġ u l-gazz li kellu biex jagħmel xi ħaġa bħal din!
Tajba Johan! Ibqa’ sejjer hekk… forsi għidt lil Gaia tagħti naqa Gwida.mt kif suppost ħalli timxi ‘l quddiem!
@johanmifsud My bestie made do this! Hope you guys like it 😳😳 @lewiscapaldi #fyp #foryoupage #viral #singing
Aġġornat: Minn informazzjoni li għandu t-tim tagħna jidher Gaia ma kinitx taf b’din is-sorpriża ta’ Johan u kienet proprju ħabib oħra tiegħu li għamlitlu l-kuraġġ biex jagħmel dan! Interessanti din! Tgħid għad nisimgħu xi ħaġa oħra mingħand Johan?
Facebook / Johan Mifsud