Minkejja li qatt ma kellu relazzjoni soda, li baqgħet għal żmien twil, Iler jemmen fil-mod kif jitkellem ma’ tfajla, tant li jirnexxielu jqanqal interess.
“Nemmen li nista’ nisseduċi tfajla billi nkellimha. Naf kif nilgħab magħhom bil-kliem. Ilni single ħajti kollha. Qatt ma kont f’relazzjoni soda f’ħajti,” jgħid Iler.
Jammetti li hu persuna li ma jiddeċidix malajr; “Ma tantx inkun naf x’irrid u x’ma rridx.”
Tgħid ħa jsib dak li jrid fil-villa?