Id-dixxiplina li għandhom fiż-żfin huwa inkredibbli! Sy u Ezaya għad għandhom biss 9 snin. “Nixtiequ nirbħu biex inkomplu nistudjaw fiż-żfin!” jgħidu fl-intervista tal-bidu. Stil James Bond, Sy U Ezaya żifnu flimkien b’kunfidenza liema bħala. Il-kanzunetta qalbet għal ‘Fireball’ u wrew tip ta’ żfin ieħor.
X’qalu l-ġurija? Ray qal li dawn it-tnejn “wisq ħelwin, mhux biss tiżfnu tajjeb imma tafu tikkomunikaw”. Sarah ferħitilhom u qaltilhom kemm huma bravi, filwaqt li Maxine faħret id-dinamika li hemm bejnietom it-tnejn. Howard qal, “Għalja intom għandkom dixxiplina, sinerġija u mhux din faċli. Persważ li ser tkomplu sejrin hekk!”.
L-iskola qed jgħidulhom li huma VIP u vera bravi jgħidu wara l-prestazzjoni filwaqt li t-tifel bagħat bewsa lil Ms. Rebecca!
Tista’ tivvota għal Sy & Ezaya fuq 5061 4404 billi tibgħat SMS vojt. Tista’ tivvota 3 darbiet biss u kull SMS jiswa 47ċ.