Ilbieraħ, Jamie kien qed jippreżenta l-aħħar programm flimkien ma’ Taryn u biex jagħlaq fuq nota pożittiva mal-kollega tar-radju u kollega wkoll fuq id-drama Illaħwa, Jamie ddeċieda li jikteb naqra ta’ makjetta.
Donnu dan Jamie għalkollox jinqala’. Irnexxielu jżewwaq erba’ kelmiet bil-mod tiegħu u Taryn żgur li ma kinitx qed tistenna xi ħaġa bħal din mingħand il-kollega tagħha waqt il-programm.
Jamie ħa post Pierre Cordina, li dawn l-aħħar ġimagħtejn kien taħt kwarantina mandatorja u jidher li hu u Taryn niżlu tajjeb mat-telespettaturi. Il-karratru ċajtier ta’ Jamie, diffiċli biex ma jintlaqax mis-semmiegħa.
Inħallukom isegwu l-filmat tas-sorpriża li għamel Jamie lil Taryn.
Facebook / Taryn Mamo Cefai