Sean u Yennifer huma uffiċjalment l-ewwel koppja ta’ Love Island Malta, it-tielet staġun.
Matul l-episodju tal-bieraħ filgħaxija, il-koppja ngħatat aċċess għall-hideaway, kamra privata esklussiva tal-programm li tagħtihom ftit ħin waħedhom ’il bogħod mill-bqija tal-villa.
Waqt li l-bqija tal-parteċipanti kienu qed ikomplu l-vjaġġ tagħhom ġol-villa, Sean u Yennifer kellhom mument romantiku għalihom biss.
Kien hemmhekk li Sean staqsa l-mistoqsija: “Trid tkun it-tfajla tiegħi?” Emozzjonata, Yennifer wieġbet minnufih “iva”!
Facebook/ Love Island Malta