Bil-Filmat: Waħda Mill-Isbaħ Interpretazzjonijiet Ta' Grande Amore Mill-Maltin

Is-Sibt li għadda fi Pjazza Teatru Rjal ittellgħat serata bl-isem ta' Notte Italiana! F'din is-serata kien hemm mistieden Corazon Mizzi, Neville Refalo, Roger Tirazona, Nadia Vella, Laura Bruno u Alexander Schembri. Waħda mill-kanzunetti ta' din is-serata kienet Grande Amore  tal-Volo. B'din il-kanzunetta l-Volo kienu ħadu sehem fil-Eurovision għal-Italja fl-2015. Roger, Neville u Alexander iterpretaw din il-kanzunetta bl-aktar mod impekkabli! Bl-udjenza tqum u ċapċap!

Din il-kanzunetta tista' tismaha hawn: 

Waqt din is-serata Neville Refalo kanta l-kanzunetta Gloria ta' Umberto Tozzi. Wow.

Ritratt Pjazza Teatru Rjal

Corazon interpretat il-kanzunetta ta' Mina, Ancora Ancora Ancora bl-aktar mod eċċezzjonali! 

Ritratt Pjazza Teatru Rjal

Leħen stupend ta' Laura Bruno waqt il-kanzunetta Adagio ta' Lara Fabian!

Ritratt Pjazza Teatru Rjal

Nadia Vella b'interpretazzjoni brillanti ta' In assenza di te ta' Laura Pausini. 

Ritratt Pjazza Teatru Rjal

Alexander kanta waħda mill-aktar diski sbieħ Taljani, Dove c’è muzika ta' Eros! Stupend!

Ritratt Pjazza Teatru Rjal

u Roger brilla waqt Come Mai ta' 883.

Ritratt Pjazza Teatru Rjal

M'għandniex xi ngħidu kienet serata interessanti, vuċijiet impekkabli, b'mużika live tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro. Joe Brown. 

Ritratti Pjazza Teatru Rjal

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI