Bil-Filmat: “Xħin Rajt Ir-Ritratti Ta’ Malta Sirt Inħobbha Mill-Ewwel” – Francisco Ż-Żeffien

Iż-żeffien Francisco mill-Veneżwela fetaħ il-programm tal-lejla ta’ Malta’s Got Talent. Dan xtaq jgħid storja tiegħu, biż-żfifna tiegħu u jispjega kemm kienet diffiċli jitlaq mill-pajjiż tiegħu. Francisco ġie Malta biex jistudja l-Ingliż 6 snin ilu. Ġie Malta u sab dar. Il-Familja tiegħu ħadu ħafna pjaċir xħin Francisco sab ħajtu hawn, sab xogħol bħala graphic designer u beda jitgħallem l-Ingliż.

Francisco qal li xħin ra r-ritratti ta’ Malta għoġbitu mill-ewwel. Jiddedika dil-prestazzjoni lil ommu u xħin induna li għadda ċempilha mill-ewwel. Din kienet il-prestazzjoni tiegħu li rnexxielu jikseb 4 ‘Iva’







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI