Bil-Filmat: X'Ivvinta Eżatt Dr. Bernard Grech Waqt Li Kien Fi Kwarantina Tul Il-Kampanja Tiegħu?

Waqt li Dr. Bernard Grech kien fi kwarantina, ‘l bogħod minn martu u wliedu ried jara kif ħa jlaħħaq mal-impenji soċjali li kellu minħabba l-fatt li kien għaddej bil-kampanja għal kap tal-Partit Nazzjonalista.

Minħabba li ma setax joħroġ, kien qed ikollu diversi kuntatti fuq il-mezzi soċjali b’filmati biex iżomm il-kuntatt man-nies u jkompli bil-kampanja tiegħu. Il-problema li kellu kienet li ma kellu lil ħadd id-dar sabiex jiġbidlu l-filmati.





Dr. Grech malajr ħareġ b’soluzzjoni u rama stand ta’ malajr peress li ma kellux aċċess għal tripod! Uża borma fuq borma, borma mimlija ross u fiha xeħet bezzun niexef li minnu qata’ biċċa sabiex jidħol il-mobile u b’hekk ikollu stand!

Insomma kif tistgħu taraw fil-filmat waqt l-intervista li kellu ma’ Mark Laurence fuq il-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, l-idea kienet ta’ suċċess.

Facebook / L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa

 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI