Għandek xorti inti irqiq/a xi trid aktar? Hawn ħafna min jgħidlek kemm int fortunata li int irqiq/a, imma mhux dejjem tkun f’sitwazzjoni komda. Staqsejna lil Matthaeus Grasso biex jgħatina ftit pariri fuq dan is-suġġett. Forsi int li ilek tipprova affarijiet differenti biex żżid dak l-piż ngħinuk ftit!
Dawn il-pariri huma biex jagħmlulek ġid mhux ħsara! Se żżid fil-piż il-forma ta’ toning u Ilma (u mhux nefha assoċjata ma’ bloating, imma ilma fil-muskoli tiegħek). Bilħaqq jekk inti mara u qed taqra dan l-artiklu tinkwetax, dan l-artiklu mhux se jgħidlek biex tiġi tidher mmuskulata.
Qabel xejn, tkellimt mat-Tabib jew Professur tiegħek biex tara għalfejn underweight?
Jekk apperantament, medikament jidher li kollox huwa ‘normali’, nittama li dawn l-ftit punti jgħinuk:
1 - “Imma x’Naqbad Niekol?”
Il-qofol huwa li tiekol aktar kaloriji milli ġismek qiegħed juża matul l-ġurnata, ta’ kuljum! Mhux platt daqs dinja iżda hemm ikel li għandu konċentrazzjoni ta’ kaloriji mingħajr ma tiekol abbundanti.
Eżempju: Varjazzjonijiet ta’ Ross, Lewż, Magħref ta’ żejt taż-żebbuġa miżjuda fuq l-ikel wara li dan ikun imsajjar, Peanut Butter, Wholegrain Bread, Patata, Oats, Frott Niexef, Full Fat Yoghurt… u IVA, anke Dark Chocolate
”Laħam Abjad u Laħam Aħmar kontrollat huwa fost l-aktar popolari u msemmija, kieku jien flokok nara li f’kull ikla qed ndaħħal xi wieħed jew aktar minn dawn” - Matthaeus Grasso
2 - “L-Aħjar noqgħod bilqiegħda u ma nagħmilx eżerċizzju hux, biex ntella’ l-weight…?”
It-‘Toning’ mhux se jseħħ jekk ma tagħmilx eżerċizzju. Minn tal-anqas, 3 darbiet fil-ġimgħa.
Meta dawn l-Muskoli l-kbar (Saqajn, Dahar, Chest/Bust) jitħaddmu, direttament u indirettament, iħaddmu magħhom anke l-maġġoranza tal-muskoli l-oħra li huma iżgħar u b’hekk l-ġisem jiżviluppa kollu (jew kważi)
3. “Xorta rrid nevita x-XAĦMIJIET?”
Tibżax mix-xaħmijiet! Hemm ħafna xaħmijiet li huma tajbin li jgħinuk ttella’ piż sostenibbli mingħajr abbundanza ta’ xaħam fil-ġisem. Bħal lewż, ġewż, salamun, żejt taż-żebbuġa.
Ta’ kuljum kul madwar 600 kalorija iktar mill-ammont li ġismek għandu bżonn biex jibqa’ fil-piż li hu llum. Nutritionist u/jew Dietitian kwalifikat, jgħinek tiskopri aktar l-ammont ideali għalik!
4. “l-Carbohydrates (Carbs) ħsara biss jagħmlu hux u rrid nevitahom, jew?”
Aħbar tajba għalik! Kuntrarju tal-maġġoranza li jridu jżommu l-Carbs baxxi jew kontrollati ħafna, inti jekk tixtieq ttella l-piż ġismek kapaċi jagħmel użu ħafna aktar effiċjenti ta’ dawn l-famużi ‘Carbs’… kif?
Wara l-eżerċizzju tiegħek huwa l-aħjar ħin, biex inti tagħti lil ġismek ċertu ‘Zokkor’ (mhux dak li żżid mal-kafe’) li jkun ġej minn sorsi bħal ħobż abjad, patata bajda u anke gummy bears! Gummy bears???
L-Gummy Bears huma diżastrużi għal min jagħmel ġurnata bilqiegħda u jitgħażżen, imma għalik li se tkun qed tagħmel l-eżerċizzju, diġa qed tagħmel l-aħjar għażla biex tipprevjeni ħsara. Il-Carbs tal-Gummy Bears se jmorru dirett fil-muskolu tieghek u jerġgħu jagħtu lill-muskoli dak z-‘zokkor’ li għandu bżonn biex jgħinek żżid t-toning tiegħek.
Dawn huma biss pariri ġenerali. Dejjem tkellem ma’ professjonist tas-saħħa, speċjalment f’każijiet ta’ problemi ta’ saħħa fiżiċi u/jew psikoloġiċi fosthom mard, allergiji u intolleranzi għal xi ikel. L-għajnuna llum hija Kbira, kemm tfittixha u ssegwiha.
Nirringrazzjaw lil Matthaeus Grasso tal-għajnuna f’dan l-artiklu.