Il-ġurija ta’ Malta’s Got Talent bdew jaqraw il-kummenti li jiktbulhom is-segwaċi. Sarah, Howard u Maxine għalkemm kellhom ftit kummenti sbieħ, kollha irċivew krittika ħarxa. Biss il-maħbub Ray l-kummenti tiegħu kienu pożittivi u ta’ kuraġġ kbir.
Lil Ray faħruħ tas-sehem tiegħu fil-ġurija, kien hemm min staqsih “Xiż-Ż(igg) qed titħallat ma’ dawk it-tlieta”. Ray iwieġeb li …”Malta magħmula min-nies differenti, u aħna l-ġurija kollha differenti, minn postijiet differenti u allura nirapreżentaw lill-komunità Maltija kollha”.
Maria kitbitlu, “Xi ġmiel ta’ Raġel, Single?”, jidher li Maria mhux infurmata li din is-sena Ray u Diane Nikolic iżżewġu! Ray iwieġeb, “Iżżewiġt milux għat-tieni darba. Iebsa naqra!”.
Ara kif wieġeb…
Malta’s Got Talent jirritorna għada fit-8:50pm fuq TVM