L-inqas ħaġa li tistenna li ħa ssib kif titla’ fuq tal-linja hu lil Freddie Portelli bil-kitarra jkanta l-kanzunetti tiegħu. Imma inserta li din mhux tal-linja normali, din kienet il-famuża Bonġu Bus ta’ Danusan. Il-mistieden speċjali tagħhom dalgħodu kien ħadd ħlief Freddie Portelli.
Freddie Portelli isem sinonimu mal-Maltin u l-Għawdxin u x-xahar id-dieħel ħa nkunu qed ingawdu minn musical spettakolari bil-kanzunetti tiegħu. Musical b’uħud mill-aqwa kantanti u atturi f’pajjiżna. Fil-filmat tistgħu t’hawn tistgħu taraw parti mill-kanzunetta Viva Malta, waħda mill-klassiċi ta’ dan il-kantant.
Freddie kien akkumpanjat minn Steve Delia – Id-Delli fuq il-kitarra. Ngħidu kif inhi mhux kelma ħażina li titla’ fuq tal-linja u ssib xi kantant ċelebri janimalek il-vjaġġ tiegħek. Xi tgħid? Jekk interessat tmur tara ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, tista’ ssib aktar informazzjoni bill tafgħas hawn.
Facebook / Danusan