Bil-Filmati: Jidħol Liebes Ta' Anzjana Fuq Siġġu Tar-Roti Bil-Ħsieb Li Jivvandalizza Lill-Mona Lisa

Fuq il-midja soċjali u l-aħbarijiet internazzjonali bħalissa qed iddur l-aħbar tal-każ ta’ raġel li kellu pjan li jivvandalizza lill-Mona Lisa ġewwa Mużew Louvre f’Pariġi . 

Ir-raġel daħal fuq siġġu tar-roti liebes ta’ anzjana, u kien diġà ġibed l-attenzjoni meta xeħet xi fjuri fl-art. F’daqqa waħda milli jidher iddeċieda li jqum minn fuq is-siġġu tar-roti u jwaddab kejk bil-ħsieb li jikkawża ħsara fil-Mona Lisa. 

F’diversi filmati jidhru bosta nies preżenti hekk kif ġara dan. Wieħed mill-ħaddiema preżenti jidher jipprova jimsaħ u jnaddaf il-ħġieġa li ntlaqtet b’dak li waddab ir-raġel. Dan kollu jidher li għamlu bi skop, u xtaq jgħaddi messaġġ lill-artisti. Milli jidher ried iqajjem kuxjenza favur l-ambjent. 

Fil-filmat t’hawn taħt eżatt wara dak li għamel, jidhru l-gwardjani jressquh l’hemm u joħorġuh barra mill-mużew. F’dan il-filmat hu qed jgħid, “Aħsbu fid-dinja… artisti, aħsbu fid-dinja. Għalhekk għamilt dan li għamilt.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI