Waslet il-ġurnata tant mistennija għal Gillian Attard. Hi ppubblikat filmat filmat b’libsa tat-tieġ il-ġmiel tagħha, id f’id ma’ binha l-għażiż, u ħabbret li llum se tkun qed tgħid ‘iva’ lill-imħabba ta’ ħajjtha.
Hi spjegat, “Waslet il-ġurnata. Ħdejja għandi lit-tifel Beppe, u aktar tard ikolli anke lin-nannu, persuna li rabbieni u kienet ix-xewqa tiegħi li jtellgħani hu. Daqt ngħaddi għalih. Se nitilqu issa wara ftit iktar ritratti hawnhekk fil-palazzo. Imbagħad għall-knisja, u issa uffiċjalment għandi ftit hekk… taf kif?”
“Eċitament,” weġibha binha.
Hi staqsietu għandux eċitament u bi ħlewwa qalilha li għandu xi ftit iżda fuq kollox, jinsab kuntent għaliha.
Nawgurawlha mmens għal din il-ġurnata tant u tant speċjali!
Facebook / Gillian Attard