Ir-residenti ta’ Santa Luċija dalgħodu jidher li esperjenzaw ħafna u ħafna traffiku minħabba x-xogħolijiet li qed isiru fil-qrib. L-attur Brian Farrugia, li jibqa’ magħruf għall-parti tas-Supretendent Leonard f’Simpatċi, kiteb: “Noqgħod Santa Luċija… tlaqt mid-dar fis-06.45 u sa 07.30 għadni Santa Luċija… 45 minuta iġġamjat fit-traffiku.”
Hu jkompli jgħid, “Spiċċajt imxejtha minn Santa Luċija sa Ħaż-Żabbar – 30 minita. Moral… bil-karozza u b’tal-linja ma jaqbillekx. Bil-mixi jaqbillek.” Jidher li l-Kunsill Lokali wkoll irċievi xi kummenti dwar is-sitwazzjoni tant li ħarġu stqarrija fuq il-paġna tagħhom.
“It-traffiku li għaddej bħalissa ġo Santa Luċija huwa mħabba li t-triq ta’ Garibaldi hija magħluqa lejn id-dirrezjoni tat-Tramuntana. Din is-sitwazzjoni se tkun qed tippersisti għal madwar ħmistax. Napprezzaw il-kooperazzjoni tar-residenti tagħna.”
Fi żmien ħmistax is-sitwazzjoni għandha titjieb u fil-viċin għandu jkollna inqas traffiku għal kulħadd.
Facebook / Brian Farrugia