Bint Sammy Bartolo Tfakkru F’Jum Għeluq Sninu

Għaddew kważi 22 sena mindu telaqna dan il-kantant tant maħbub u apprezzat, iżda l-memorja tiegħu permezz tal-kontribut qawwi fix-xena mużikali tas-seklu 20 tibqa’ tgħix u tingħex bil-kbir. Membru tal-grupp rinomat New Cuorey, il-kantant ta’ Il-Bajja tal-Mellieħa u l-moħħ wara Kemm hu Sabiħ, Sammy Bartolo faċilment jistqa’ jitqies bħala wieħed mill-akbar esponenti tal-mużika Maltija.

Sammy

M3p.com.mt

Minbarra l-karriera wiesgħa tiegħu fid-dinja tal-mużika, Sammy kien ukoll missier ta’ erbat itfal: fosthom Luisana Bartolo, li hija wkoll stabbiliet ruħha fix-xena tal-kant lokali. Jidher biċ-ċar li l-imħabba u l-passjoni li għandha għall-mużika wirtitha mingħandu, u llum esprimiet fakkret il-memorja ta’ missierha f’għeluq sninu permezz ta’ aġġornament fuq Facebook.  

“Nimmissjak wisq pa! Inħobbok sal-aħħar nifs tiegħi. L-isbaħ xewqat mill-Ġenna.” – Il-kliem ta’ Luisana llum għal missierha fuq Facebook.

Sammy llum kien jagħlaq 72 sena, u għalkemm mhuwiex hawnhekk biex jiċċelebra l-ġurnata speċjali tiegħu, bosta huma dawk li jibqgħu jfakkruh u l-ħidma unika li ħalla.

M3p.com.mt

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI