Gwendolyn Stansbury
Illum l-10 ta’ Frar huwa jum importanti u għal qalb bosta Maltin u Għawdxin li normalment jiċċelebraw din il-festa pubblika. Fil-fatt hi l-festa tal-Pawlini kollha!
F’pajjiżna hu famuż immens il-mod kif niċċelebraw il-festi tal-qaddisin, u ċertament li din hi waħda minn dawk li normalment ħafna jkunu barra jgawduha. “Illum hija l-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, festa reliġjuża u waħda mill-aktar festi pubbliċi u ewlenin f’pajjiżna. Bħal-lum niċċelebraw in-nawfraġju ta’ San Pawl li jingħad li ġrat fis-60AD. Dan l-avveniment jiġi ċċelebrat kull sena fl-10 ta’ Frar.”
Fil-fatt flimkien ma’ din id-deskrizzjoni, Malta Weather fuq il-paġna tagħhom xerrdu ritratt li żgur ħa jġib memorji sbieħ mill-festa ta’ San Pawl tas-snin ta’ qabel.
Din is-sena ser tkun iebsa għal ħafna, iżda ejja nżommu f’moħħna li qed nibżgħu għal xulxin! Kuraġġ u l-festa t-tajba lil kulħadd speċjalment lill-Pawlini!