L-avviżi u l-appelli biex nibżgħu għall-ambjent u nżommu l-indafa madwarna jidher li jaqa’ fuq widnejn torox sfortunatament
Il-paġna Malta News, photos and People għadha kif tellgħet ritratt tad-dwejjaq li juri miżbla sħiħa ġewwa s-Siġġiewi. Dawn it-tip ta’ xeni iqabbduk tassew rabja u dispjaċir, meta tara l-isbuħija li hawn madwarna tiġi trattata b’dan il-mod.
Għandna tassew għalxiex inkunu kburin b’art twelidna u nibżgħu aktar għaliha billi ma narmux barra per eżempju. Bosta Maltin jinsabu rrabjati u qegħdin dejjem isostnu li l-multi għal dawn l-azzjonijiet għandhom jiħraxu. Int x’taħseb dwar dan?
Instagram/ paulisoutrunning