Mill-Ħamis 5 ta’ Novembru sal-Erbgħa 2 ta’ Diċembru, ir-Renju Unit ħabbret li se tkun taħt lockdown. Dan se jkun it-tieni lockdown li seħħ biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19.
L-uniku postijiet li se jibqgħu miftuħa huma s-supermarkets, l-iskejjel u l-isptarijiet. Minkejja dan, hekk kif tħabbar it-tieni lockdown, inħoloq paniku kbir ġewwa ċertu supermarkets Inglizi, fejn fir-ritratti jidher li n-nies qed jaħtfu l-affarijiet u jixtru bl-addoċċ.
Dan kważi kważi jfakkarna f’meta nstab l-ewwel każ tal-Covid-19 f’Malta, fejn rassa kbira kienet inġemgħet fis-supermarkets u bosta xtraw abbundanza ta’ affarijiet essenzjali.
Daily Mirror