Għalkemm ir-riżultat tal-bieraħ għall-logħba bejn Malta u s-Slovenja ma kienx wieħed tajjeb għall-Maltin, is-sapport baqa’ għaddej sal-aħħar u n-naħa tas-South End Core ma waqfux jgħajtu u jkantaw.
Dawk li kienu preżenti fil-ground u anke dawk li segwew il-logħba mid-dar setgħu jaraw u japrezzaw il-ġmiel ta’ korjografija li saret mis-South End Core. Fil-ground ġew imwaħħla diversi ‘banners’ u bnadar differenti, fejn fuq dawk kien hemm miktub kliem ta’ kuraġġ għall-players Maltin.
Ta’ min wieħed japrezza x-xogħol li sar minn dan il-grupp sabiex ikun isbaħ il-ground u biex it-Tim Nazzjonali Malti jiġi ssapportjat b’mod xieraq.