Il-finalisti tat-tieni staġun ta’ MasterChef Malta għenu f’inizjattiva sabiex jinġabru fondi b’risq il-Karl Vella Foundation fejn fil-fatt, bis-saħħa tal-pranzju li ħejjew waqt avveniment filantropiku nġabru ‘l fuq minn €8,400.
“Din is-somma se tippermetti l-fondazzjoni tagħna sabiex tgħin lil diversi persuni li għandhom bżonn is-sapport psikoterapewtiku tagħna,” saħqet l-għaqda Karl Vella Foundation li l-iskop tagħha huwa li tgħin familji li qed iġarbu xi telfa jew qed isofru minn xi marda serja.
Nicholas, Florina u Christina kienu t-tlett finalisti li ipparteċipaw f’din l-inizjattiva b’skop mill-aktar filantropika.
Prosit li dawn il-finalisti ta’ MasterChef!
Ritratti: Facebook / Karl Vella Foundation