L-attivista Christa Cilia tagħmel kulma tista' biex tgħin u tieħu ħsieb tant ħlejjaq innoċenti. L-hena tagħha li tieħu ħsiebhom u tara li jieħdu l-kura li hemm bżonn, u eventwalment issibilhom id-dar ġdida tagħhom.
Laqqagħtna ma' Ringo u qasmet magħna dak li kieku jista' jgħidilna. "Bisitni għall-aħħar darba qabel ma tlaqt. Issa sejjer id-dar dejjiema tiegħi... maħbub, sigur, u kuntent. Nawguralek Ringo."
Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ, Ringo!