Il-Forza tal-Pulizija ta’ Malta fuq il-midja soċjali żvelaw messaġġ li rċivew b’ringrazzjament lil PC 916 (S. Veneziani) tal-għajnuna li ta dalgħodu qabel ma daħal ix-xogħol.
Il-persuna kitbet: “Nixtieq ngħaddi r-ringrazzjamenti tiegħi minn qalbi lil PC 916 talli dalgħodu madwar 6am. Sibtu ta’ għajnuna kbira għal assistenza li ta lil membru tal-familja tiegħi meta nstabet f’diffikulta għax niżillha z-zokkor u ħassha ftit ħażin.”
“Minn informazzjoni li għandi, dan il-kuntistabbli kien għadu sejjer jirraporta għax-xogħol fl-għassa taż-Żejtun iżda bana’ jassisti lil persuna sa ma ġiet f’postha. Bl-għajnuna tiegħu din il-persuna tinsab qawwija u sħiħa.”
Il-persuna spiċċat billi rringrazzjat għal darb’oħra lil PC 916 kif ukoll lill-Korp kollu. Awguri u prosit!
Facebook/The Malta Police Force