Black Friday: Intom Minn Dawk Li Tixtru Sakemm Tifilħu Jew Tippreferu Tevitaw Il-Ħwienet?

Wasal il-jum ta' Black Friday, ġurnata li ħafna jkunu ilhom jistennew sabiex japprofittaw minn diversi roħs u offerti. Minn ħwejjeġ u żraben għal apparat elettroniku, għamara u prodotti tas-sbuħija, l-għażla żgur li mhix nieqsa!

Hemm min ikun ilu ġimgħat iħejji lista ta’ dak li jixtieq jixtri, hemm min jieħu l-opportunità biex jixtri r-rigali tal-Milied, u hemm ukoll min jispiċċa jixtri affarijiet li lanqas biss kellu f’moħħu, sempliċement għax isibhom bi prezz imraħħas. Min-naħa l-oħra, hemm min jippreferi jevita l-ġenn tal-ħwienet u jagħmel ix-xiri tiegħu mill-kumdità ta’ daru. Oħrajn jagħżlu li ma jixtru assolutament xejn, għax għalihom il-Black Friday hija ġurnata bħal kull ġurnata oħra.

Naturalment, tajjeb li wieħed iqabbel il-prezzijiet u joqgħod attent li ma jonfoqx aktar milli jkun ippjana. Mhux kull offerta bilfors tkun opportunità li ma tistax titlifha! Imma intom x’tagħmlu f’ġurnata bħal-lum? Tixtru sakemm tifilħu? Tistabbilixxu baġit minn qabel jew tħallu l-offerti jħajrukom? Forsi diġà xtrajtu xi ħaġa li kontu ilkom tixtiequ?

Għidulna fil-kummenti! Kurjużi nkunu nafu kif tqattgħu l-Black Friday tagħkom!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI