26 Sena Wara Inċident Li Biddilha Ħajjitha L-MP Ramona Attard Tgħid Kif Għadu Jfakkarha Fil-Valur Tal-Ħajja

Hemm ġranet li jibqgħu mmarkati għal dejjem fil-memorja. Għall-Membru Parlamentari Ramona Attard, dan il-jum kien 26 sena ilu, meta ħajjitha nqalbet għal ta' taħt fuq.

Kienet ħarġet ma’ sħabha, bla ma kellha l-iċken idea li ftit wara kienet se tkun qed tiġġieled għall-ħajja tagħha. Waqt li kienet qed taqsam qrib il-Bieb tal-Bombi, intlaqtet minn karozza u spiċċat fil-periklu tal-mewt.

L-ewwel pronjosi kienu xejn ħlief inkoraġġanti, tant li kien hemm il-possibbiltà li qatt ma terġa’ timxi. Imma minn hemm bdiet battalja twila ta’ xhur u snin ta’ terapija, fejn kellha terġa’ titgħallem anke l-aktar affarijiet bażiċi. Maż-żmien, imbagħad, bil-mod il-mod, l-MP reġgħet kisbet ħajjitha lura. Għalkemm għad hemm ċertu uġigħ fiżiku, illum tħares lura u tqis lilha nnifisha bħala persuna fortunata.

Illum, meta tasal il-ġurnata li tfakkar dak li kien ġara, ħsibijietha jmorru lejn dawk li bħalissa qed jiġġieldu biex jerġgħu jiksbu ħajjithom wara inċident, u lejn il-familji tagħhom. Lilhom tibgħatilhom messaġġ ta’ kuraġġ, saħħa u tama.

Ritratt:

Facebook/Ramona Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI