Mument Ta’ Kburija Għall-Katidral T’Għawdex – Tliet Abbatini Se Jagħtu S-Servizz Tagħhom Fil-Bażilika Ta’ San Pietru Fil-Vatikan

Ferħ u kburija qed jinħassu fil-komunità parrokkjali tal-Katidral Għawdex, wara li tliet abbatini kisbu l-opportunità li f’Awwissu li ġej imorru l-Vatikan sabiex jagħtu s-servizz tagħhom fil-Bażilika ta’ San Pietru.

Dawn huma Luigi De Battista, Isaac Grech u George Mercieca, li ngħaqdu flimkien f’din l-esperjenza speċjali li bla dubju se tibqa’ mnaqqxa fil-memorja tagħhom. Din l-aħbar hija aktar speċjali għax, għall-ewwel darba fl-istorja, tliet abbatini tal-Katidral se jkunu qed jaqdu dmirhom flimkien fl-istess Bażilika.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, il-komunità parrokkjali awgurat lil dawn it-tliet żgħażagħ u rringrazzjathom tas-servizz li jagħtu b’dedikazzjoni fil-parroċċa. Il-ferħ tagħhom huwa wkoll il-ferħ tal-familji tagħhom u ta’ dawk kollha li rawhom jikbru u jagħtu sehemhom fil-Knisja.

Esperjenza li tmur lil hinn minn sempliċi vjaġġ, u li se tkun tifkira sabiħa ta’ fidi, servizz u dedikazzjoni.

Ritratt:

Facebook/Gozo Cathedral

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI