Bobby Huwa Qattus Għami U Ġie Abbandunat Meta Ma Baqax Ta’ Servizz – Ix-xewqa Tiegħu Hija Biss Li Jsib Familja Li Tħobbu

Il-Paġna Animal Welfare Gozo qasmet Storja ta’ niket  hekk kif qed ifittxu dar ġdida għal Bobby, kelb ta’ tmien snin li minkejja dak kollu li għadda minnu għadu lest biex isib familja li tħobbu. 

Skont il-paġna, Bobby ġie abbandunat matul l-istaġun tal-kaċċa minħabba li ma kienx għadu ta’ servizz għal sidu. Wara li ttieħed fil-kura tagħhom, instab ukoll li Bobby kien spiċċa għal kollox għami.

Minkejja dan, Bobby jirnexxilu jadatta għad-dinja ta’ madwaru billi jiddependi ħafna fuq ix-xamm tiegħu. Fil-fatt, Animal Welfare Gozo spjegaw li jimxi tajjeb biċ-ċinga, anke jekk bħalissa jinsab imdawwar b’ħafna irwejjaħ ġodda fix-xelter.

Madankollu, il-ħajja fix-xelter mhix ideali għalih. Bobby għandu bżonn ambjent komdu fejn ikun jista’ jiċċaqlaq liberament u għalkemm fil-bidu jista’ jaħbat ma’ xi affarijiet sakemm jidhra l-post u jitgħallem fejn tinsab l-għamara, dawk li qed jieħdu ħsiebu jinsabu fiduċjużi li jista’ xorti joffri imħabba imprezzabbli lil sidu.

Animal Welfare Gozo qed jappellaw lil kull min jinsab interessat jagħmel kuntatt magħhom. 

Ritratti:

Facebook/ Animal Welfare Gozo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI