Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta Kaya li tul is-snin rajnieha f’diversi konkors lokali. Lura għas-sena 2000, il-kantanta għamlet id-debutt tagħha fil-Malta Song For Europe fejn klassifikat fit-tielet post, fl-2001 kienet rebħet il-festival l-Għanja tal-Poplu flimkien mal-mibki l-Budaj u fis-sena 2007 rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza flimkien ma’ Ivan Borg.
Wieħed mill-ikbar ħbieb tagħha Antonio, ħallielha messaġġ biex jawguralha f’għeluq sninha. “Bella tiegħi. Kull sena ngħid kif jgħaddi ż-żmien. Aktar minn 14-il sena ilna nafu lil xulxin u qatt ma naf li nbdilt! Bqajt it-tfajla, il-mara li dejjem naf. Dik tagħmlek persuna speċjai għal ħafna! Imma int għalija mhux biss speċjali iżda ferm aktar minn hekk! Kemm hemm memorji tagħna flimkien li ma tantx tista’ tinsa!”
Hu jgħidilha li hi tal-ġenn u li ħadd ma jista’ jieħu postha. Antonio jagħlaq billi jgħid, “Kemm nixtieq li niċċelebraw dan jum bħalma għamilna fi snin li għaddew! Tibżax jasal ieħor.” Din is-sena kulħadd kellu jiċċelebra għeluq sninu b’mod differenti mis-soltu u forsi ma jqattax dan il-jum kif verament jixtieq iżda għad jiġi żmien aħjar.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Kaya l-isbaħ xewqat u nittamaw li minkejja ċ-ċirkostanzi preżenti tgħaddi l-jum mill-aħjar li tista’.