Il-kantanta lokali Maltija Eleanor Cassar qed tiċċelebra mument speċjali fil-ħajja tal-familja tagħha, hekk kif binha Andreas illum jagħlaq 6 snin.
F’messaġġ mimli mħabba u tenerezza, il-familja xtaqet tfakkar kemm Andreas hu sors ta’ ferħ u dawl fid-dar tagħhom. “X’tikbrilna Andreas” kitbet ommu, waqt li sellmitlu bi kliem qalbieni f’dan il-jum importanti.
Il-familja talbet ukoll il-barka tal-Mulej fuq Andreas, sabiex ikompli jikber f’saħħa, paċi u ferħ, u dejjem ikun imdawwar bi protezzjoni u mħabba. Qalet ukoll kif kull sena miegħu hija rigal prezzjuż li jġib aktar tifsira lill-ħajja tagħhom.
Fil-messaġġ ommu għalqet billi awguratlu "gost f'din il-ġurnata", filwaqt li ħutu bagħtulu ħafna bews u xtaqulu ħafna aktar snin ta’ ferħ u saħħa.
It-tim ta' Gwida jixtieqlu l-isbaħ xewqat!
Facebook/Eleanor Cassar