“Kelli X-Xorti Nippreżenta Magħha Għal Diversi Snin Il-Programm Tar-Radju Maltin Biss” – In-Neputija B’Messaġġ Lil Carmen Vella Li Ħallietna

Illum, il-familja u l-qraba qed isellmu lill-għażiża Carmen Vella, li marret tiltaqa’ mal-Ħallieq. Carmen kienet magħrufa minn ħafna bħala kantanta u wkoll bħala xandara, u ħalliet warajha marka qawwija fil-qasam tal-mużika u x-xandir Malti.

In-neputija f’messaġġ emozzjonanti qasmet kemm zitha kienet persuna dedikata u ta’ ispirazzjoni, li matul is-snin tat kontribut kbir fil-programm tar-radju “Maltin Biss”, fejn ippreżentat għal diversi snin flimkien ma’ oħrajn. Il-karriera mużikali tagħha tinkludi bosta suċċessi, fosthom kantat diski magħrufin bħal “Bħalek M’Hawnx” ma’ Martin Vella, “L-aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel”, “Ta’ Gananu”, “X’Ħajja Din”, “Il-Lanċa” u “L-Imħabba” (Euro 72), fost oħrajn, li ħafna minnhom jinsabu fl-LP Merħba.

"Żgur li se tħalli ċertu vojt għax kienet minn dejjem tagħtini appoġġ kbir fil-kitba tal-mużika Maltija", kitbet in-neputija f'messaġġ mimli qlubija fuq il-midja soċjali.

Il-quddiesa tal-funeral se ssir nhar it-Tlieta fid-9:00am fil-knisja tas-Sacro Cuor, Sliema.

It-Tim ta' Gwida jsellem il-memorja ta' din l-għażiża.

Ritratti:

Facebook/Chan Alexia Vella Schembri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI