Blanzuni Elenjani Tal-Ghama A.D. 2013 għadhom kemm ippubblikaw l-aħbar iebsa li ħalla din id-dinja Steve Cuschieri, missier Danjel, iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li miet propju ilbieraħ.
“B’qalbna maqsuma nħabbru l-mewt ta’ Steve Cimenes Cuschieri, bandist tal-post u partitarju leali Tal-Għama. Steve missier Danjel li ħalliena lbieraħ ukoll kien persuna li dejjem wera mħabba kbira lejn il-Banda tagħna u kien bandist bravissimu bl-althorn, ammiratur kbir tal-Patruna tagħna Santa Liena, u l-preżenza tiegħu se tkun tassew nieqsa fostna.”
L-għaqda tesprimi l-kondoljanzi sinċieri lill-familja, qraba u ħbieb ta’ Steve u Danjel. Strieħ fis-sliem Steve. Insellmu l-memorja tiegħek u ta’ ibnek.
Facebook/ Blanzuni Elenjani Tal-Ghama A.D. 2013