Brillanti Dance Jidħol Fil-5 Ġimgħa Tal-Awdizzjonijiet B’Aktar Emozzjonijiet, Sorpriżi U Talent Impressjonanti

Il-programm popolari Brillanti Dance jidħol fil-ħames ġimgħa tal-awdizzjonijiet, hekk kif żeffiena minn madwar Malta u Għawdex u anke minn barra, jitilgħu fuq il-palk biex juru lill-ġurija u lit-telespettaturi x’jafu jagħmlu fid-dinja taż-żfin.

Din il-ġimgħa naraw ir-ritorn ta’ Cheyenne Muscat, li qed tipprova tħalli impressjoni mill-ġdid fuq il-ġurija. Flimkien magħha, il-palk se jilqa’ wkoll lil Aaliyah Mallia u Thais Chetcuti, żewġ ballerini promettenti ħafna, kif ukoll lill-brava Amber Farrugia Mizzi.

Ma jonqsux mumenti ħelwin, speċjalment bl-enerġija u s-simpatija ta’ Julia Bezzina, li ta’ seba’ snin hija l-iżgħar parteċipanta ta’ din l-edizzjoni. Se naraw ukoll il-ħlewwa ta’ Ela Sansone, li qed tiddedika ż-żifna tagħha lil persuna għażiża li dejjem tappoġġjaha u l-forza ta’ Joie Anne, hekk kif tirfes il-palk maestuż ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.



Fost il-parteċipanti ġodda, Mattea Debattista: żeffiena mimlija entużjażmu, qed tittama li tgħaddi għall-kwarti tal-finali. L-istess jgħodd għal Rylie Mahlangu, li diġà rebħet l-ammirazzjoni tat-tim kollu ta’ Brillanti Dance bil-personalità unika tagħha.



Mill-Italja, din il-ġimgħa jilħqu l-palk żewġ żeffiena ta’ talent mill-ifjen: Denise Guerriero u Lorenzo Colombo. Se jirnexxilhom jikkonvinċu lill-ġurija u jiksbu post fil-fażi li jmiss? …U żgur li wara l-eżibizzjoni tagħhom, il-grupp Maltese Starser ikun fuq fomm kulħadd…imma x’ser jiġri fl-aħħar ta’ din il-ħames ġimgħa tal-awdizzjonijiet?

Dan u ħafna aktar nhar l-Erbgħa fl-20:35 fuq ONE, għal edizzjoni oħra spettakolari ta’ Brillanti Dance. Titilfuhx!



Ritratti:

Facebook/ Brillanti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI