Żbrixx hu sensiela ġdida ta’ filmati li jwasslu l-vokabolarju bażiku Malti b’mod dħuli u interattiv.
Din ir-riżorsa hi maħsuba qabelxejn għat-tfal żgħar, imma tista’ tgħin ukoll lil nies ikbar fl-età li jkunu jixtiequ jitgħallmu l-Malti.
L-episodji mqassmin f’temi bħat-temp, it-trasport, il-kuluri, u l-frott u l-ħaxix, u jintroduċu l-kliem ċentrali bl-illustrazzjonijiet ħelwin ta’ Alfie Gatt, li jagħmel anki l-animazzjoni u l-muntaġġ.

In-narrazzjoni ta’ Thomas Camilleri u Elaine Saliba Bonnici tagħti l-ħajja lill-episodji miktubin minn Thomas Pace u Michael Spagnol bi kliem ħafif u binjiet sempliċi. Kull filmat jagħlaq b’logħba li tfakkar il-kliem u l-frażijiet ewlenin waqt li ssaħħaħ it-tagħlim tal-lingwa bis-sehem attiv ta’ min ikun qed isegwi.
Żbrixx qed jinħadem bl-għajnuna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti:
Segwi fuq il-paġni tal-midja soċjali:
