Il-komunità tal-Kunvent ta’ Santa Tereża ħabbret li Bro David beda t-tieni mandat tiegħu bħala Pirjol tal-komunità tal-patrijiet f’Birkirkara.
F’messaġġ li xerrdet fuq il-midja soċjali, il-komunità awguratlu għall-ħidma tiegħu u rringrazzjatu għas-servizz li jagħti. Il-messaġġ wassal ukoll riflessjoni dwar il-vokazzjonijiet reliġjużi u saċerdotali. Il-komunità osservat li llum il-ġurnata huma inqas iż-żgħażagħ li jagħżlu din it-triq u sostniet li dawk li jħossu sejħa minn Alla għandhom jagħtuha l-importanza li jistħoqqilha.
Il-messaġġ enfasizza li kull vokazzjoni għandha l-valur tagħha, kemm jekk tkun il-ħajja tal-familja, karriera ta’ servizz lejn l-oħrajn kif ukoll il-ħajja reliġjuża. Madankollu, ġie enfasizzat li s-sejħa għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża tibqa’ importanti ħafna għall-ħajja tal-Knisja.
Finalment, il-komunità appellat biex dawk li jħossu din is-sejħa ma jibżgħux iwieġbu għaliha u awgurat lil Bro David kull ġid fil-missjoni tiegħu bħala Pirjol.
Fb/ Kunvent Santa Tereża Bormla