Illum Tagħlaq Sninha L-Attriċi  Popolari Maltija Lara Darmanin

L-attriċi Maltija Lara Darmanin qed tiċċelebra għeluq il-41 sena tagħha llum, u f’din l-okkażjoni ma nistgħux ma niftakrux fil-kontribut tagħha fix-xena artistika Maltija.

Lara hija l-unika wild ta’ Angela Azzopardi u Joseph Azzopardi u trabbiet f’ambjent marbut mill-qrib mal-midja, hekk kif ommha hija preżentatriċi magħrufa. Dan wassal biex sa minn età żgħira żviluppat l-imħabba tagħha lejn id-dinja tal-ispettaklu u tar-reċtar.

Matul il-karriera tagħha, Lara ħadet sehem f’numru ta’ produzzjonijiet televiżivi popolari fosthom ‘Gizelle’, ‘506’, ‘Evanġelisti’, ‘Emilja’, ‘Min Imissu’, ‘Game Over’ u ‘Iċ-Ċaqqufa’. Fost il-kisbiet tagħha jispikka wkoll il-Premju għall-Aqwa Attriċi (Best Female Actress Award) li rebħet għall-irwol ta’ ‘Rose’ fiċ‘Ċaqqufa’, premju li kompla jikkonferma t-talent tagħha fid-dinja tar-reċtar.

F’dan il-jum speċjali, ningħaqdu ma’ dawk kollha li qed jawgurawlha u nawguraw lil Lara sena oħra mimlija saħħa, ferħ, mħabba u aktar suċċessi fil-ħajja personali u professjonali tagħha. Awguri, Lara! 







Ritratti:

Instagram/ Pardilarita

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI