Jitlob L-Għajnuna Tal-Pubbliku Wara Li Żewġt Iklieb Ħarbu Minħabba L-Isplużjoni F’Burmarrad

F’appell li qasam fuq il-midja soċjali, Jesmond Farrugia qal li ż-żewġt iklieb tiegħu ħarbu bil-biża’ wara l-isplużjoni li seħħet f’Burmarrad.

Huwa spjega li rnexxielu jsib wieħed mill-klieb tiegħu lejlet id-dlam grazzi għall-għajnuna ta’ diversi persuni li jgħixu fil-viċinanzi. Madankollu, il-kelb l-ieħor għadu ma nstabx.



Farrugia qed jappella lil kull min jista’ jkun ra lill-kelb fl-akwati ta’ Burmarrad sabiex jikkuntattjah fuq 77259177, jew inkella jagħmel kuntatt mal-Animal Welfare jew mal-Pulizija tal-Qawra.



Huwa temm l-appell tiegħu billi talab lill-pubbliku jaqsam l-informazzjoni biex tiżdied il-possibbiltà li l-kelb jinstab u jerġa’ jingħaqad mas-sid tiegħu.



Ritratti:

Fb/ Jesmond Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI