Minn din il-ġimgħa fuq BBC Radio 4 ser tibda tixxandar doku-drama fuq Daphne Caruana Galizia. Din id-drama bl-isem ta' Daphne: A Fire in Malta ser titkellem fuq l-istorja ta' Dapne f'Malta.
Il-BBC ħabret li din l-istorja ser tkun maqsuma f'5 partijiet. Interessanti l-fatt li l-attriċi prinċipali li ser tagħmel il-parti ta' Daphne hija ħadd ħlief Michelle Fairley li kienet tinterpreta l-parti ta' Catelyn Stark f'Game of Thrones.
L-awtur ta' din id-drama jgħid li mhux l-iskript kollu hu fattwali dan minħabba li hemm xi affarijiet li kellhom jiġu immaġinati. "Hemm ħafna affarijiet li ma konniex nafu, u ftit minnu kellna nimmaġinaw" jgħid in-narratur f'kull bidu tal-episodju.