“Ilbieraħ Tiegħi, U Llum Tiegħu… Jien 31 U Pio 3” – James Aaron Ellul

Id-Deputat Sindku James Aaron Ellul awgura liċ-ċkejken ibnu Pio f’jum għeluq sninu. Hu u ibnu jiċċelebraw għeluq sninhom biss ġurnata ‘l bogħod minn xulxin!

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu kitiblu, “Ilbieraħ tiegħi, u llum tiegħu. Niċċelebraw għeluq sninna. Jien 31 u Pio 3. Pio Leone bil-wisq inħobbuk, u aktar taf tħobb lura. Kull pass ċkejken li tagħmel idawwal kull jum tagħna u ġġibilna raġuni ġdida biex nitbissmu. Għal aktar ċelebrazzjonijiet flimkien b'ħafna karozzi u ħolm sabiħ.”

Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti t’awgurju mingħand familjari, ħbieb u segwaċi ta’ James Aaron Ellul.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nisperaw li jirċievu dak kollu li tixtieq qalbhom!

Ritratti:

Facebook / James Aaron Ellul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI