Il-Kantawtriċi Taylor Swift Tiżżewweġ Lil Travis Kelce F’Ċerimonja Fi New York

Ilbieraħ, fit-tlieta ta’ Lulju, il-kantanta Taylor Swift iżżewġet lill-maħbub tagħha Travis Kelce f’ċerimonja f’Madison Square Garden fi New York, l-Amerika.

L-attur Adam Sandler żewwiġhom, u għaċ-ċerimonja attendew ukoll diversi kantanti u atturi ta’ fama globali, bħal Camila Cabello u Gidi Hadid. Jingħad li l-mistednin ma kellhomx permess jużaw il-mobiles u għalhekk it-tieġ inżamm sigriet.

Taylor Swift u Travis Kelce ilhom flimkien kważi tliet snin u Travis ippropona lil Taylor fis-sena 2025. Issa bdew kapitlu ġdid flimkien bħala miżżewġin.

Ninsabu tassew ferħanin għal din il-koppja ħelwa u ħerqanin biex insiru nafu iżjed dettalji dwar dan it-tieġ maġiku. Nawgurawlhom mill-qalb għal dan il-kapitlu ġdid ta’ mħabba.

Ritratti:

Facebook / Calypso Radio 101.8

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI