Josuel Grech, magħruf għall-premji li rebaħ bħala ‘Elvis tribute’ f’kompetizzjonijiet prestiġjużi u globali, u l-maħbuba tiegħu Luana Bugeja, rebbieħa tat-titlu Miss Priscilla 2026 f’Parkes l-Awstralja, huma koppja li qed jagħmlu isem għal Malta fuq il-palk internazzjonali.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom għadhom kif ħabbru aħbar mill-isbaħ fejn spjegaw li ħdax-il xahar ieħor se jkunu qed jgħidu ‘iva’ lil xulxin fiż-żwieġ! Irċevew diversi kummenti pożittivi mingħand is-segwaċi tagħhom, li jinsabu ferm ferħanin għalihom.
L-imħabba u r-rispett li għandhom lejn xulxin tidher biċ-ċar mill-messaġġi sbieħ li jiktbu lil xulxin fuq il-mezzi soċjali. Ninsabu ħerqanin biex narawhom jibdew dan il-kapitlu ġdid! Awguri mill-qalb Josuel u Luana!
Facebook / Luana Bugeja