Għadu kif iħalli d-dinja l-attur Kanadiż Christopher Plummer li ħa sehem f’diversi films u serje fuq it-televixin.
Huwa magħruf għall-parti tiegħu ta’ Captain Von Trapp fid-drama mużikali li żgur ma għandha l-ebda bżonn ta’ introduzzjoni, ‘The Sound Of Music’. Il-maniġer u ħabib kbir tiegħu Lou Pitt iddeskrivih bħala bniedem straordinarju li dejjem ħabb u rrispetta l-professjoni tiegħu ta’ attur, u miss qalb kulħadd bl-arti tiegħu. Plummer huwa wkoll l-ikbar attur li rnexxielu jerbaħ Oscar, li hija l-akbar unur li tingħata lill-atturi.
Insellmu l-memorja tiegħu.
Ritratt: Facebook / La Novicia Rebelde – The Sound Of Music