Christian Arding u martu Graziella qed jiċċelebraw jum speċjali hekk kif illum jagħlqu sentejn miż-żwieġ tagħhom. F’messaġġ emozzjonanti li qasam fuq il-midja soċjali, Christian esprima kemm iż-żmien għadda malajr minn dakinhar li għaqqdu ħajjithom flimkien. Huwa kiteb, “Awguri lilna. Għaddew diġà sentejn u qisu kien ilbieraħ.”
L-anniversarju tagħhom ma għaddiex inosservat lanqas mill-familja, hekk kif omm Christian, Sandra, qasmet messaġġ mimli mħabba u affezzjoni għat-tnejn li huma. “Awguri għall-anniversarju lil ibni Christian u lil mara tat-tifel tiegħi Graziella f’dan il-jum sabiħ tagħkom. Inħobbukom it-tnejn ħafna. Gawdu din il-ġurnata sabiħa mimlija ferħ u mħabba,” kitbet Sandra.
Dan il-jum speċjali qed ifakkar sentejn ta’ mumenti sbieħ, imħabba u esperjenzi li Christian u Graziella qasmu flimkien bħala koppja miżżewġa.
Minn hawn nawguraw lil Christian u Graziella aktar snin ta’ hena, saħħa u mħabba flimkien.
Facebook / Christian Arding