Claire, wiċċ familjari għal ħafna nies u aktar ma jmur, huma bosta li jsegwu lil din il-personalità fuq il-midja soċjali. Claire llum hi sinonima mal-eżerċizzju u tgħix stil ta’ ħajja li wieħed għandu ħafna x’jitgħallem minnu avolja hi persuna li dejjem għaddejja minn ħaġa għall-oħra.
Claire tistqarr li għaliha mhux faċli li tagħmel xi forma ta’ eżerċizzju weħidha għax tkun trid lil xi ħadd gwida sabiex jassiguraha li qed tagħmel l-affarijiet sew. Ħafna nies jgħidulha li għalihom diffiċli jingħadu ma’ gym għal diversi raġunijiet allura biex tikoraġixxi lin-nies jagħmlu dan, imqar għal ftit minuti kuljum riedet tipprova tagħmel dan hi!
View this post on Instagram
Claire qalet li possibli tagħmel dan u ssib diversi postijiet fejn tista’ tmur għal ġirja jew tieqaf u tagħmel ftit eżerċizzju anke jekk trid tuża xi apparat pubbliku li hawn madwar Malta. Hi xorta waħda tirrikomanda li wieħed jitkellem ma’ personal trainer. M’għandekx għalfejn tibda b’affarijiet kbar, imqar mixja kuljum u żżid minn hemm.
L-importanti li ttella’ rata tal-qalb u b’hekk aktar demm jibda jiġi ppumpjat! Ovvjament, waqt tlugħ jew inżul ix-xemx, ikollok ambjent aktar seren u jekk tibda pass pass, din malajr issir parti mir-rutina tiegħek. Claire tgħid li tippreferi tagħmel dan filgħodu imma ovvjament kulħadd differenti u bil-metodu tiegħu. Allura int liem ħin tippreferi?
Instagram / Claire Agius Ordway