Claudia Faniello L-Unika Maltija F’Kunċert Massiv Ġewwa Frankfurt

Dak li jsegwu lil kantanta jafu li Claudia bħalissa tinsab ġewwa Frankfurt, il-Ġermanja. Gwida.mt għamel kuntatt mal-kantanta biex jiskopri x’qiegħda tagħmel eżatt ġewwa l-belt Ġermaniża. Claudia friska mir-rebħa tagħha ġewwa l-Moldova, tinsab Frankfurt biex tieħu sehem f’kunċert enormi.

Ritratt: Facebook / Rockin'1000

Il-kunċert bl-isem ta’ Rockin’1000 jinkludi aktar minn 1000 mużiċist u din is-sena ħa jsir ġewwa Commerzbank-Arena! Dan l-ispettaklu, hu meqjus bħala l-ikbar spettaklu tal-mużika rock! Elf mużiċist idoqqu f’daqqa, mhux ċajta żgur! Claudia skopriet b’dan il-kunċert għax is-sena l-oħra kienet btala ġewwa Firenze, semgħat bil-kunċert u ddeċidiet li tattendi!

Waqt li kienet fl-udjenza iġennet bl-atmosfera unika li kien hemm u ttantat xortiha billi bagħtet xi filmati tagħha tkanta. Xtaqet li tkun parti minn dan il-kunċert u fl-istess ħin tirrapreżenta lil Malta! Infatti Claudia tkellmet ma’ Gwida.mt u qaltilna “Ġejt magħżula mill-ewwel u issa qiegħda hawn! Ħolma realtà tal-ġenn!”

Ritratt: Facebook / Rockin'1000

Il-kunċert ħa jsir il-Ħadd li ġej u ċertament li Claudia ħa tkun qed tiddeverti ma’ numru ta’ kantanti u dawk il-mużiċisti kollha. Diġà tinsab emozzjonata waqt li għaddejjin bil-provi, emozzjonijiet li żgur ħa jinbidlu f’bużż kbir. L-artist vera jgħix għal mumenti bħal dawn!

Instagram / Claudia Faniello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI